Is-sena l-oħra, is-sena tal-pandemija rat żieda ta’ erbgħa punt sitta fil-mija fin-numru ta’ negozji attivi f’pajjiżna fuq is-sena ta’ qabel.
Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi kif is-sena li għaddiet f’pajjiżna kien hawn tlieta u ħamsin elf tliet mija tmienja u erbgħin negozju attiv.
Dan ifisser li fis-sena li fiha feġġet il-pandemija b’kollox żdiedu b’aktar minn elfejn u tliet mija, in-negozji attivi ġodda mis-sena 2019.
Kważi dsatax fil-mija tan-negozji attivi f’pajjiżna kienu negozjii ta’ bejgħ bl-imnut u tiswija tal-karozzi u muturi. Dan filwaqt li tlettax fil-mija tan-negozji kienu dawk li joffru attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi.
Kważi għaxra fil-mija tan-negozji jaħdmu fis-settur tal-kostruzzjoni.