Matul ix-xahar ta’ Awwissu l-Air Malta rreġistrat żieda ta’ 35% fil-ġarr tal-passiġġiera meta mqabbel mas-sena li għadda.
Statistika ppubblikata mill-Air Malta turi li f’Awwissu l-ajruplani tal-air Malta ġarru kważi 250,000 passiġġieri minn u lejn Malta.
F’kummenti ma’ ONE News, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi spjega kif dan it-tkabbir huwa frott tal-ħidma u inizjattivi li għamlet il-linja tal-arju tul dawn l-aħħar xhur. Dan permezz ta’ rotot ġodda u destinazzjonijiet ġodda.
“Aħna nilqgħu b’mod pożittiv ħafna dan it-tkabbir. Is-sales drive tal-Air Malta u l-fatt li daħħalna ħafna rotot ġodda u anka frekwenzi ġodda qed taħdem u anka kburin ukoll li l-air malta qed tikkontribwixxi wkoll għat-tkabbir fit-turiżmu li kellna f’pajjiżna. Fis-sitt xhur li ġejjin flimkien maċ-Chairmain u s-CEO il-ġdid se nkunu qed nagħmlu an operational transformation programme biex insaħħu l-on time performance tal-linja tal-ajru nduru l-proċessi kollha u nistabilizzaw l-operat”.
Barra minn hekk, matul ix-xahar ta’ Awwissu kien hemm mal-11,000 passiġier li użaw is-servizzi ta-suq il-ġdid li nediet l-Air Malta permezz ta’ titjiriet minn Sqallija għal Vjenna u Londra. Il-Ministru Mizzi qal li f’kuntrast mas-snin preċedenti, il-qagħda finanzjarja tal-linja tal-arju hija waħda pożittiva u l-ħidma kontinwa qed tkompli issarraf għal akar progress.
“Biddilna ħafna tul dawn l-aħħar snin. Fatt pożittiv kien li r-revenue żdied ħafna. Il-35% żieda fil-passiġieri li rajna f’Awwissu juri li r-revenue qed jaħdem ħafna. Qed nikontenjaw il-cost base. Qed infasslu strateġija biex inbidlu l-flotta tagħna in the next 3 snin u jkollna jaurplani moderni. Miexi wkoll ġmielu s-seperation tal-ground handling minn mal-AirMalta li naħseb li hu pass importanti wkoll”.
Dwar il-kwistjoni mal-piloti, il-Ministru qal li hemm diskussjonijiet kontinwi bejn il-partijiet konċernati u la darba jintlaħħaq qbil fuq ċertu kwistjonijiet, se jkun hemm aktar sabbilta li se tkompli twassal għat-tkabbir tal-Air Malta.
“Din il-ġimgħa se jkun hawn meetings oħra mal-piloti. Jiena ċert li l-piloti u l-ħaddiema kollha huma kuntenti bit-tħabbir u bil-figuri li qed inħabbru. Huwa importanti issa li jkollna qbil fuq issues importanti u la darba dan iseħħ ikollna stabbiltà biex inkabbru”.