Is-sena li għaddiet kien hemm żieda ta’ tnejn u tletin fil-mija fil-passiġġieri li qasmu ż-żewġ gżejjer, meta mqabbel ma’ sena qabel.
Dan ħareġ skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Din l-istatistika ħarġet kif is-sena li għaddiet qasmu ż-żewġ gżejjer madwar erba’ miljun, erba’ mija u ħamsin elf passiġġier.
Dan filwaqt li fl-elfejn u għoxrin qasmu bejn iż-żewġ gżejjer aktar minn tliet miljun, seba’ mija u sebgħin elf passiġġier.
Hawnhekk id-differenza hija ta’ kważi sitt mija u tmenin elf passiġġier.
In-numru tal-passiġġiera għas-sena l-oħra jinkludi wkoll is-servizz tal-Fast Ferry li beda fil-bidu ta’ Ġunju li għadda.
Dawk li qasmu l-fliegu permezz tal-vapur ta’ Għawdex kienu ta’ ftit iżjed minn erba’ miljun u sebgħa u tmenin elf passiġġier.
Waqt li vetturi li telgħu fuq il-vapur ta’ Għawdex matul is-sena li għaddiet kienu ta’ kważi miljun, seba’ mija u tletin elf.
Dan filwaqt li fl-ewwel seba’ xhur kemm ilu jaħdem ul-fast ferry bejn il-Port il-Kbir u l-port tal-Imġarr, Għawdex użaw dan is-servizz aktar minn tliet mija erbgħa u sittin elf passiġġier.
Dan filwaqt li minn Ġunju tas-sena li għaddiet saru ftit aktar minn tminnt elef vjaġġ bil-fast ferry.
L-aktar xhur li fihom kien hemm passiġġiera fuq iż-żewġ mezzi ta’ trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex kienu Lulju, Awwissu u Settembru.
Dan hekk kif bejn dawn it-tliet xhur, bil-vapur ta’ Għawdex kien hemm ftit iżjed minn miljun u erba’ mitt elf passiġġier u bil-fast ferry kien hemm ftit iżjed minn erbat elef u mitejn passiġġier.
L-aktar ġranet li fihom qasmu nies bejn Malta u Għawdex kienu fil-ġranet tal-Ħadd, il-Ġimgħa u s-Sibt rispettivament.