L-Ewropa kompliet tesperjenza żieda fil-prezzijiet tal-enerġija hekk kif it-Tlieta li għadda l-prezzijiet għolew b’aktar minn 30%, b’żieda fit-tħassib dwar kif l-Ewropej se jżommu djarhom sħan għax-xhur Xitwin.
Dan hekk kif il-provvista tal-gass li normalment tasal fl-Ewropa mis-Siberja, għall-ħmistax-il jum konsekuttiv, għaddiet lejn l-Lvant.
Il-Kremlin ċaħad għal darb’oħra li qed jagħmel użu mir-riżorsi tar-Russja biex jimpatta lill-Ewropa, wara li l-provvista tal-gass ġiet affetwara tlett ijiem qabel il-Milied.
Ix-xahar li għadda, il-President Russu, Vladimir Putin, qal kif il-Ġermanja kienet qed tbigħ gass fornut mir-Russja lill-Polonja u l-Ukrajna, fejn tefa’ l-ħtija fuq l-importaturi Ġermaniżi b’rabta maż-żieda fil-prezzijiet.
Intant tul dawn l-aħħar xhur, iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija laqtet diversi pajjiżi Ewropej fosthom ir-Renju Unit, tant li bosta ċittadini Brittaniċi kellhom iqattgħu jiem ta’ kesħa mingħajr ebda mezz biex isaħħnu djarhom.
Dan hekk kif kien ġie prevvist li l-kont tal-enerġija fl-Ingilterra jista’ jogħla b’erba’ mitt sterlina, bi ħmistax-il miljun familja fir-Renju Unit kienu diġà raw żieda ta’ 12% fil-kontijiet tal-enerġija.