Ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’Jannar li għadda żaru Malta kważi mija u ħamsa u għoxrin elf turist, żieda ta’ kważi dsatax fil-mija meta mqabbel Jannar tas-sena li għaddiet.
Iċ-ċifri juru li l-wasliet tat-turisti minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea żdiedu bi kważi tmintax fil-mija.
L-iljieli li t-turisti qattgħu f’Malta żdiedu bi 15 fil-mija meta mqabbel ma’ Jannar tal-2017 u telgħu għal kważi tmien mija u disgħa u ergħin elf lejl.
In-nefqa tat-turisti f’Jannar qabżet it-€82 miljun, żieda ta’ aktar minn sittax fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.