L-ammont totali ta’ turisti li żaru pajjiżna tul Marzu 2018 kien ilaħħaq għal 167,197 persuna; żieda ta’ 18.4 fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.
Skond l-uffiċju nazzjonali tal-istatistika, 137,504 turist ġew Malta fuq btala waqt li 15,673 kienu f’pajjiżna b’relazzjoni ma’ negozju. It-turisti minn pajjiżi Ewropej żdiedu bi 17.3 fil-mija.
In-nefqa totali tat-turisti f’pajjiżna huwa stmat li kienet tlaħħaq mal-€116 miljun; żieda ta’ 20.2 fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena 2017.