Din is-sena l-Kulleġġ tal-Arti, ix-Xjenza, u t-Teknoloġija (l-MCAST) rċieva aktar minn 3,800 applikazzjoni mingħand studenti prospettivi wara żewġ sejħiet li għamel. Dan ifisser żieda sostanzjali ta’ 17 fil mija meta mqabbel mas-sena l-oħra.
It-tielet u l-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet tiftaħ nhar l-Erbgħa.
In-numru ta’ studenti internazzjonali li applikaw għall-korsijiet tal-MCAST żdiedu għal 1,606, li ġejjin minn kważi 90 pajjiż differenti.
Dan tħabbar dalgħodu mill-MCAST waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ għas-sena l-ġdida 2022-2023.
Għaċ-ċerimonja attenda l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka, u l-Innovazzjoni, Clifton Grima.
Għal aktar informazzjoni u għall-applikazzjonijiet, wieħed għandu jżur is-sit https://www.mcast.edu.mt.