F’April ta’ din is-sena, 166,721 persuna qattgħu total ta’ 824,005 lejl f’lukandi jew akkomodazzjoni turistika f’Malta. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li dan ifisser żieda ta’ 17% fl-ammont ta’ nies u 11.7% fl-iljieli li l-viżitaturi qattgħu fil-lukandi jew akkomodazzjonijiet simili, fuq April tas-sena l-oħra.
L-NSO qal li l-lukandi ta’ erbà stilel kellhom l-aktar iljieli li tqattgħu fihom b’total ta’ 48.2%. Fuq medja dawk li ġew Malta qattgħu 4.9 lejl.
Statistika ppublikata mill-NSO turi ukoll li t-turisti li għażlu Għawdex u Kemmuna żdiedu b’7.7%.