Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’Settembru li għadda l-impjiegi full-time żdiedu b’5.9 fil-mija waqt li l-impjiegi part-time żdiedu b’0.6 fil-mija meta mqabbel ma’ Settembru tal-2017.
L-istatistika li hija bbażata fuq tagħrif mogħti mill-aġenzija Jobsplus, juru li meta teskludi l-part-timers, f’perjodu ta’ sena s-suq tax-xogħol żdied b’5.5 fil-mija għal total ta’ 209,475 ħaddiem.
L-NSO qal li dan kien riżultat fost l-oħrajn ta’ żieda ta’ 11,623 ħaddiem full-time u tnaqqis ta’ 659 fl-għadd ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol.
Skont iċ-ċifri tal-NSO, il-ħaddiema fis-settur privat żdiedu b’għaxart elef, tliet mija u tmienja u tmenin biex telgħu għal aktar minn mija u sittin elf.
Il-ħaddiema fis-settur privat żdiedu 10,388.
L-istatistika tal-NSO turi wkoll li għadd ta’ persuni li jaħdmu għal rashom żdied b’elf u tliet mija u ħamsin meta mqabbel ma’ Settembru tal-elfejn u sbatax.
Skont iċ-ċifri, l-għadd ta’ ħaddiema b’impjieg full-time li għandhom xogħol part-time jlaħħaq kważi 28,000 persuna, żieda ta’ 8.9 fil-mija meta mqabbel ma’ Settembru tal-2017. Dawk b’impjieg part time żdiedu b’żero punt sitta fil-mija għal 35,226.