L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li tul l-aħħar sena sa Ġunju, l-impjiegi full time fis-settur privat żdiedu bi 8,634 u laħqu 146,000 elf ħaddiem.
Fl-istess perjodu, l-impjiegi mal-Gvern żdiedu b’1,367 u laħqu 45,721.
Mir-rekords amminsitrattivi ta’ Jobsplus joħroġ li bejn Mejju tal-2016 u Ġunju tal-2017, l-impjiegi żdiedu b’10,001 impjieg, fosthom 703 fil-persuni li jaħdmu għal rashom.
L-NSO qal li fuq medda ta’ sena sa Ġunju kien hemm żieda ta’ 5.5 fil-mija fl-impjiegi full time u żieda ta’ wieħed fil-mija oħra fl-impjiegi ta’ persuni li jaħdmu bħala part time.
Miċ-ċifri joħroġ li sa Ġunju kien hemm 25,659 persuna li għandhom xogħol part time minbarra x-xogħol full time u kwazi 36,000 persuna oħra li għandhom xogħol meqjus bħal part time biss.