Fl-2022, in-numru ta’ negozji rreġistrati fir-reġistru tan-negozji f’pajjiżna ammonta għal 136,183.
Ħareġ b’dawn iċ-ċifri l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, hekk kif b’hekk innota żieda ta’ 1.2% fuq is-sena ta’ qabel.
Dawk li jinvolvu l-bejgħ bil-grossa tal-imnut ammontaw għal 13.8% tan-negozji irreġistrati. Dan filwaqt li dawk li jinvolvu attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi ammontaw għal 13.3%. Dawk in-negozji b’attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni ammonta għal 12.6% filwaqt li dawk ta’ servizzi amministrattivi u ta’ sapport ammontaw għal 7.9%.
Il-maġġoranza assoluta tan-negozji kollha, jiġifieri 97.3% huma meqjusa żgħar ħafna jew micro. Dan hekk kif iħaddmu bejn 0 u 9 persuni. Intant, negozi żgħar li jħaddmu bejn 10 u 49 persuna u dawk medji, li jħaddmu bejn 50 u 249 ħaddiem ammonta għal 2.2% u 0.4% rispettivament.
In-negozji l-kbar li jħaddmu aktar minn mitejnu ħamsin persuna ammontaw għal 0.1%.
In-negozji meqjusa micro raw żieda ta’ 1.0% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel dan filwaqt li dawk żgħar żdiedu b’188 negozju jew 6.9%.
Reġistrazzjonijiet ġodda fl-2022 ammontaw għal 10,293 filwaqt li dawk li ddireġistraw ruħhom ammontaw għal 6,595.