Il-Kulleġġ Komunitarju għat-Tielet Età, inizjattiva mill-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza, u t-Teknoloġija (MCAST) irċieva numru rekord ta’ applikazzjonijiet minn anzjani li lesti li jidħlu għal esperjenza ta’ tagħlim.
Iċ-Ċentru tal-Kulleġġ għat-Tagħlim u l-Impjegabbiltà (CLE) jorganizza dan il-programm annwali ta’ attivitajiet għal ċittadini anzjani li jixtiequ jattendu lekċers informattivi u jipparteċipaw f’avvenimenti soċjali.
Din is-sena l-Kulleġġ Komunitarju għat-Tielet Età rċieva madwar 160 applikazzjoni ġdida…żieda ta’ aktar minn 60% fl-applikazzjonijiet li waslu s-sena ta’ qabel.
Il-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST, il-Professur Joachim James Calleja qal li ż-żieda kostanti fl-applikazzjonijiet u r-rispons pożittiv huwa inkoraġġanti, hekk l-għan hu li jsir kulleġġ komunitarju għal kulħadd.
“Irridu neliminaw l-ostakli u noħolqu opportunitajiet ta’ tagħlim għal kulħadd tul il-ħajja. Ħadd m’għandu jiġi eskluż,” żied jgħid.
Id-Direttur tas-CLE, Ramon Mangion, qal li l-anzjani għandhom ikunu ikkonsultati dwar il-bżonnijiet tat-tagħlim tagħhom.
B’kollox hemm ħames klassijiet u firxa ta’ kelliema minn oqsma differenti, bħall-istorja, il-midja, is-saħħa u l-benesseri, l-għarfien ġenerali, u aktar. Il-programm ta’ attivitajiet din is-sena jinkludi numru ta’ żjarat fuq il-post, relatati mat-tagħlim. Il-parteċipanti se jkollhom aċċess għaċ-Ċentru tar-Riżorsi u l-Librerija l-ġdida b’aktar minn 65, 0000 pubblikazzjoniji.