Ċifri tal-uffiċju nazzjonali tal-istatistika juru li f’Lulju l-ammonti ta’ turisti li waslu f’pajjiżna qabżu it-305,000 persuna. Din hija żieda ta’ 5.4% meta mqabbla ma’ Lulju tas-sena li għaddiet.
LULJU 2019: 305,588
LULJU 2018: 290,041
ŻIEDA: 15,547 TURIST (5.4%)
L-ammont ta’ iljieli mqattgħin żdiedu wkoll, bi kważi 2% meta mqabbel ma’ Lulju 2018, biex issa qabżu iż-żewġ miljun u erba’ mitt elf lejl.
In-nefqa tat-turisti tul dan ix-xahar kienet ta’ kważi €285 miljun, żieda ta’ kważi 2% meta mqabbla mal-istess xahar fl-2018.
LULJU 2019: €284,953,000
LULJU 2018: €279,908,000
ŻIEDA: €5,045,000 (1.8%)
L-istatistika tal-NSO qalet ukoll li fl-ewwel seba’ xhur tas-sena żaru pajjiżna ‘l fuq minn miljun u nofs peruna, żieda ta’ kważi 4% meta mqabbla mal-ewwel seba’ xhur tal-2018.
JANNAR – LULJU 2019: 1,522,075
JANNAR – LULJU 2018: 1,466,957
ŻIEDA: 55,118 (3.8%)
L-iljieli f’dan il-perjodu żdiedu bi 2.2% għal kważi 10 miljun u tliet mitt elf lejl.
2019: 10,281,727
2018: 10,059,624
ŻIEDA: 222,103 (2.2%)
In-nefqa f’dan iż-żmien kienet dik ta’ kważi biljun u mitejn miljun ewro, 4.3% iżjed minn dik irreġistrata fl-ewwel seba’ xhur tas-sena li għaddiet.
B’reazzjoni għal din l-aħbar, il-Minsitru għat-Turiżmu Konrad Mizzi stqarr li dawn ir-riżultati jikkonfermaw kemm il-miżuri tal-Gvern fis-settur tat-turiżmu, fosthom iż-żieda fil-konnettivita tal-ajru, l-introduzzjoni ta’ avvenimenti ġodda, u t-titjib fil-prodott turstiku, qiegħdin iħallu l-frott.