Kompliet tissaħħaħ ix-xejra pożittiva fit-turiżmu, hekk kif f’Settembru rajna żieda ta’ kważi 16% fuq Settembru tas-sena li għaddiet.
B’hekk f’Settembru, in-numru ta’ barranin li ġew pajjiżna qabeż il-mitejn u erbgħin elf persuna.
Intant in-numru ta’ ljieli li dawn qattgħu Malta qabżu il-miljun u tmien mitt elf.
In-nefqa ta’ dawn il-persuni f’pajjiżna hi stmata li tlaħħaq il-mitejn u wieħed u tletin miljun ewro, żieda ta’ kważi sbatax fil-mija u l-istess xahar fis-sena ta’ qabel.
Il-wasliet fl-ewwel disa’ xhur tas-sena laħaq il-1,761,973, żieda ta’ 16.3% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. It-total ta’ ljieli li dawn qattgħu Malta żdied b’10.8%, fejn qabeż it-13-il miljun lejl.