F’aġġornament ekonomiku pożittiv ieħor li ħareġ il-Bank Ċentrali ta’ Malta ngħad li f’Lulju ta’ din is-sena, in-numru ta’ persuni b’impjieg full-time żdied bi kważi 11,200.
Dan meta mqabbel ma’ Lulju tas-sena l-oħra.
F’rapport li ħareġ, il-Bank Ċentrali qal li t-tkabbir tal-impjiegi kompla jkun xprunat l-aktar mis-settur privat.
Fil-fatt il-biċċa ’l kbira assoluta tal-impjiegi li nħolqu kienu ġejjin minn dan is-settur, li ammontaw għal kważi għaxart 10,500.
Il-ħaddiema fis-settur pubbliku bejn Lulju tal-2019 u l-istess xahar tas-sena l-oħra żdiedu b’700
Il-Bank Ċentrali kkwota wkoll l-informazzjoni li toħroġ minn Jobs Plus u qal li n-numru ta’ persuni fuq ir-reġistru tal-qgħad kompla jonqos.
F’dawn l-aħħar xhur, l-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju ssuġġerixxew li l-ekonomija qed tersaq qrib il-medja storika.
F’dan l-aġġornament ekonomiku ssemmew it-tkabbir mgħaġġel fil-wasliet tat-turisti.
Dan kollu wassal għal sentiment ekonomiku li tela’ u baqa’ ogħla mill-medja storika tiegħu.
Il-Bank Ċentrali spjega li l-inflazzjoni mkejla skont l-indikatur armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur immoderat għal wieħed punt erbgħa fil-mija f’Ottubru li għadda, żero punt tnejn fil-mija inqas mix-xahar ta’ qabel.
F’Ottubru ta’ din is-sena żdiedet ukoll in-nefqa fil-pajjiż.
Dan fl-isfond ta’ bosta proġetti li qed isiru madwar il-pajjiż fosthom fl-infrastruttura li qed tara investiment bla preċedent ta’ €700 miljun fuq medda ta’ 7 snin.