Fis-sena skolastika elfejn u dsatax-elfejn u għoxrin, l-edukaturi ta’ bejn id-disa’ u l-ħdax-il sena fl-iskejjel sekondarji u dawk post-sekondarji f’Malta u Għawdex żdiedu b’sitta u għoxrin punt sebgħa fil-mija meta mqabbel mas-sena skolastika ta’ qabel.
Li jfisser żieda ta’ mija u ħamsa u sittin għalliem.
Dan ħareġ propju minn ċifri uffiċjali mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li juru wkoll kif l-għalliema fil-klassijiet u ħaddiema akkademiċi oħra ta’ kull sena, jiġifieri
mis-snin ta’ qabel il-primarja għal-livell terzjarju, żdiedu wkoll b’tlieta punt tmienja fil-mija. Numru li jammonta għal disat elef, sitt mija u sebgħin edukatur.
L-istatistika imbagħad turi kif it-tieni l-akbar żieda fis-sena skolastika li għaddiet kienet fl-għalliema tal-primarja, b’tnejn u għoxrin punt tnejn fil-mija jew mija u ħamsa u sittin.
Min-naħa l-oħra l-NSO ppubblikat kif l-ammont ta’ għalliema u ħaddiema oħra fl-iskejjel ammonta għal tmintax-il elf, mitejn u erbatax. Żieda ta’ erbgħa punt ħamsa fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
F’kummenti lil tat il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana dwar dawn iċ-ċifri, qalet kif l-investiment li qed jagħmel il-Gvern f’dan il-qasam jidher li qed iħalli l-frott.
Qalet, “Fl-aħħar 7 snin rajna żieda ta’ 24% fejn jidħlu l-edukaturi u rajna żieda ta’ 36% fejn jidħol staff kumplimentari. Dan jinkludu dawk il-ħaddiema illi ta’ kuljum isostni l-ħidma tal-għalliema tagħna bid-diversi professjonijiet u dixxiplini. Għalhekk qed anraw kif dan l-investiment qed jattira wkoll ħafna għalliema.”
L-NSO tkompli turi li l-maġġoranza tal-edukaturi kienu nisa b’sitt elef, tliet mija u sitta u disgħin, filwaqt li l-irġiel ammontaw għal tlett elef, mitejn u erbgħa u sebgħin.
Erbgħa u tmenin punt erbgħa fil-mija tal-għalliema kienu qed jaħdmu full-time.
Fis-sena akkademika elfejn u dsatax, elfejn u għoxrin, kważi sittax fil-mija tal-għalliema kellhom bejn it-tletin u erbgħa u tletin sena.
Issegwi l-kategorija ta’ bejn l-erbgħin u erbgħa u erbgħin sena, b’ħmistax punt tmienja fil-mija.
Fl-istess sena, ċifri tal-NSO wrew li l-maġġoranza tal-għalliema kienu jaħdmu fi skejjel tal-istat bi kważi sebat elef u tliet mitt edukatur. Elf ħames mija u tlettax edukatur kienu fi skejjel tal-Knisja u disa’ mija u tlieta fi skejjel privati.
Fejn jidħlu l-ħaddiema fl-iskejjel li ma jgħallmux, iċ-ċifri juru li dawn ammontaw għal madwar tminnt elef u ħames mija. Sezzjoni li wkoll rat żieda.
Intant, in-numru ta’ LSEs fis-sena skolastika msemmija kien ta’ erbat elef u mitejn u disgħa.