It-turiżmu marbut man-negozju kiber b’rati mingħajr preċedent tul l-ewwel nofs ta’ din is-sena.
Saħansitra, meta wieħed iqabbel din is-sena ma’ li għaddiet, kien hemm żieda ta’ 55% f’dan it-tip ta’ turiżmu li jħalli l-miljuni fl-ekonomija Maltija.
L-istatistika jikkonfermawha l-lukandiera b’Matthew Mullan, General Manager tal-lukanda Hilton tkellem kif kienu diversi l-fatturi li waslu għal dan fosthom iż-żieda ta’ kumpaniji jaħdmu minn Malta.