40,000 familja b’60,500 tifel u tifla se jibdew jibbenefikaw minn żieda fiċ-Children’s Allowance. Dan is-suppliment se jkun qed jingħata biex ikompli jtejjeb iż-żieda li ngħatat fil-budget għal din is-sena.
Dan is-suppliment se jkun qed jingħata kif ġej; kull familja li d-dħul tagħħa ma jaqbiżx il-€25,318 fis-sena se tkun qed tieħu €70 fis-sena aktar għal kull wild. Fl-istess waqt, għall-kumplament tal-familji li d-dħul tagħhom jeċċedi din iċ-ċifra, ħa jkunu qegħdin jieħdu €50 fis-sena aktar għal kull wild.
Dan ifisser li familja tipika b’żewġt itfal taħt is-16-il sena se tieħu sa massimu ta’ €140 aktar fis-sena.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna fakkar kif dan is-supplement ħa jkun qed isegwi l-ewwel żieda fiċ-Children’s Allowance fi ħdax-il sena li kienet ingħatat is-sena l-oħra.