Iċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa li issa ilu jingħata għal dawn l-aħħar snin minn Gvern Laburista, se jkun qed jerġa’ jingħata u se jvarja bejn €60 u €140.
Dan se jkun l-ogħla ċekk li se jirċievu l-ħaddiema.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-fatt, il-Ministru Clyde Caruana spjega kif minn din il-miżura se jkunu qed igawdu b’kollox ’il fuq minn 250,000 persuna b’nefqa totali ta’ €24 miljun.
Intant tħabbar li skont mekkaniżmu tal-imsieħba soċjali, iż-żieda għall-għoli tal-ħajja għas-sena d-dieħla, se jkun ta’ €1.75 fil-ġimgħa.
Din iż-żieda se tkun qed tingħata lill-impjegati kollha, lill-pensjonanti u kif ukoll lil dawk fuq il-benefiċċji soċjali.
L-istipendji tal-istudenti wkoll se jkunu qed jogħlew pro-rata.