Ix-xahar li għadda l-għadd ta’ kuntratti u konvenji ffirmati b’rabta max-xiri ta’ proprjetà residenzjali żdied b’mod konsiderevoli meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra.
In-numru ta’ kuntratti li saru x-xahar l-ieħor kien 1,404, li jfisser żieda ta’ 21.3 fil-mija fuq Ottubru 2021. Il-valur ta’ dawn il-kuntrati kien ta’ €320.6 miljun, li huwa 30.4 fil-mija ogħla minn dak ta’ sena qabel.
L-akbar numru ta’ proprjetajiet inxtraw f’Għawdex, u fiż-żona li tkopri Birkirkara, il-Gżira, l-Imsida, Ta’ Xbiex, u San Ġwann.
Intant, in-numru ta’ konvenji fuq proprjetà residenzjali li ġew iffirmati x-xahar li għadda kien 1,199, li hu ekwivalenti għal żieda ta’ 10 fil-mija fuq l-istess xahar tal-2021.
L-aktar li saru konvenji kien fuq proprjetajiet residenzjali f’Għawdex u fiż-żona li tkopri Ħaż-Żabbar, ix-Xgħajra, iż-Żejtun, Birżebbuġa, Wied il-Għajn, u Marsaxlokk.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI