Fl-ewwel kwart tas-sena żdiedu bi 33.2% il-Maltin li siefru.
Dan irriżulta minn stħarriġ tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika li qal kif fl-ewwel tliet xhur tas-sena kienu 103,463 il-Maltin li ħallew pajjiżna fuq btala.
Saħansitra din hija l-ikbar żieda mis-sena 2012 ‘l quddiem. L-Italja u r-Renju Unit baqgħu l-iktar destinazzjonijiet popolari b’57.9% tal-ġiti jsiru lejn dan il-pajjiż. Intant, l-iljieli żdiedu b’21.2%.