Il-Baġit għall-2024 se jkun qed jara li, mill-ġdid, jgħolli l-għotja li tingħata lill-anzjani li jkunu għadhom jgħixu f’darhom jew f’xi dar tal-anzjani fil-komunità, li jħallsu għaliha huma stess.
L-għotja għal dawk l-anzjani, li għalqu t-80 sena, se togħla b’€50 għal total ta’ €450 fis-sena. Min-naħa l-oħra, dawk li għalqu l-75 sena, iżda mhux it-80 sena, jibqgħu jirċievu €300 fis-sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ħlas sħiħ ta’ din l-għotja se jgawdu 48,000 anzjan, b’nefqa totali ta’ €16-il miljun fl-2024.