Sa minn meta beda jopera l-Isptar MaterDei, is-CT Scans ferm iktar milli rduppjaw. Lura fl-2008 fl-isptar kienu saru madwar erbatax-il elf CT Scan, izda sa seba’ snin wara, iġifieri fl-2015 dan n-numru kien ġa qabeż id-doppju, wieħed u tletin elf CT Scan.
Il-frott ta’ investiment fis-settur tal-kardjoloġija qed ikompli jħalli aktar riżultati matul din is-sena ukoll hekk kif sa’ Ottubru elfejn u sittax, in-numru ta’ CT Scans tela’ għal madwar erbgħin elf.
B’investiment li laħaq il-miljun u sitt mitt elf ewro iktar kmieni din is-sena inxtara CT Scanner ieħor.
Permezz ta’ dan l-investiment il-kliniċi qed jiksbu wkoll dettalji dwar arterji tal-qalb, u l-apparat jintuża wkoll biex ikunu trattati każijiet ta’ kanċer.
Dan ma kienx l-unika investiment mediku li sar matul dawn l-aħħar snin, hekk kif intefqu wkoll kważi ħames miljun ewro f’apparat u makkinarju. Fost oħrajn f’ Mater Dei hemm ukoll MRI ġdida u ECG’s ġodda.
Apparat ġdid ieħor fl-istess sptar huwa dak ta’ 3D Mapping, li wassal għal epicardial ablation, biex b’hekk kellna l-ewwel intervent ta’ dan it-tip f’pajjiżna. Permezz ta’ dan l-apparat qed jitnaqqas l-iskariġġ għall-pazjenti li qabel kienu jitilgħu l-Ingilterra għal din l-operazzjoni.
Dan huwa l-każ ukoll fil-Brain Lab li beda jopera f’pajjiżina ftit tax-xhur ilu, fejn isiru operazzjonijiet fir-ras u l-moħħ, u f’ċertu każijiet saħansitra jitneħħa anke tumur.