B’investiment ta’ €40,000 ġew inawgurati 15-il defibrillatur f’San Vinċenz De Paul. Apparat li jintuża f’każ li persuna tikkollassa.
Dr Paul Zammit, kunsulent tal-anzjani qal li dan l-apparat huwa utli għall-isptar li jilqa’ fih aktar minn 1,000 anzjan f’każ ta’ emerġenza.
Il-Konsulent Paul Zammit qal: “Din l-AED se tkun importanti ħafna għall-isptar għax ħa tnaqqas ir-riskju ta’ pazjent li jista’ jmut.”
Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz Josianne Cutajar, spjegat kif ġew evalwati ċerti riskji u kif ġew indirizzati.
Josianne Cutajar, il-Kap Eżekuttiv ta’ Saint Vincent De Paule qalet: “Kien għalhekk li sar studju, sar studju biex naraw x’tekonoloġija ħa nużaw, kemm għandna bżonn minn din it-teknoloġija u kif għandha tiġi mqassma madwar San Vinċenz.”
Dr Cutajar qalet li dan l-apparat huwa faċli biex jintuża, anke minn persuni li ma għandhomx sfond mediku. Qalet li l-ħaddiema se jingaħtaw taħriġ dwar l-użu ta’ dawn il-magni.
Hija kompliet billi qalet: “Huma mqassmin f’postijiet strateġiċi, milħuqin minn kulħadd f’każijiet tal-emerġenza, dak li jkun jista’ mill-ewwel jagħmel użu minnhom u kif qed ngħidu għal ftit minuti wieħed jsita’ wkoll isalva l-ħajja ta’ dak li jkun.”
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal li dan l-iżvilupp huwa importanti għal din il-faċilità biex tkun imħejjija għall-emerġenzi.
Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius decelis qal: “Kuntenti li San Vinċenz qiegħed jillidja f’diversi oqsma. U dan huwa qasam ieħor li San Vinċenz ta l-istandards ta’ fejn għadna nasslu.”