Is-suq turistiku pollakk lejn Malta esperjenza żieda ta’ 12.3% bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
Tul l-2017, il-Gżejjer Maltin laqgħu 89,335 turist, bis-suq Pollakk ikun il-ħames l-akbar sors ta’ turiżmu lejn Malta. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, kienet bassret li sal-aħħar ta’ Diċembru n-numru ta’ turisti Pollakki li jżuru Malta jlaħħaq il-100,000.
Dawn ir-riżultati huma frott snin ta’ ħidma mill-MTA fil-Polonja kif ukoll iż-żieda fil-konnettività bejn iż-żewġ pajjiżi b’linji tal-ajru bħal Ryan Air, Air Malta, u Wizz Air.
Tul din is-sena sar ammont sostanzjali ta’ reklamar biex il-Gżejjer Maltin ikunu aktar esposti f’dan il-pajjiż. Dawn kienu jinkludu kampanji fuq it-televiżjoni u l-midja diġitali fost oħrajn.
Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-MTA, Gavin Gulia, qal li l-Polonja żammet postha bħala l-ħames l-aktar pajjiż li ġab turisti lejn Malta, u li l-Awtorità se tkompli taħdem biex iżżid in-umru ta’ wasliet minn dan il-pajjiż. Huwa temm jgħid li l-indikazzjonijiet turistiċi għall-2018 huma pożittivi fid-dawl tal-avvenimenti maġġuri li kienu organizzati f’pajjiżna din is-sena, u ż-żieda f’rotot diretti minn u lejn Malta.