Din is-sena l-Awtoritajiet tat-Turiżmu nnotaw żieda fl-ammont ta’ turisti Franċiżi. Dan ikkonfermah ukoll il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo f’konferenza tal-aħbarijiet fejn kien qed jispjega l-aħħar ftehim bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali tal-Birgu.
Hawnhekk il-Ministru Bartolo tenna li l-fatt li l-Gżejjer Maltin ra dan is-suq partikolari jikber anke fi żmien pandemija, jawgura pedament tajjeb fuq xiex jibni għas-snin li ġejjin. Fakkar ukoll li s-suq Franċiż huwa wieħed mill-aktar kruċjali għat-turiżmu f’Malta u Għawdex.