Is-sindki, viċi sindki u l-kunsillierI ta’ Malta u Għawdex se jaraw żieda ta’ €1,000 fl-allowances allokati lilhom.
Dan tħabbar waqt żjara li l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, għamlu fl-uffiċini tar-Reġjun Tramuntana wara xogħol ta’ rinnovar li sar biex dawn saru aktar aċċessibbli u akkoljenti għar-residenti.
Preżenti kien hemm ukoll id-Direttur Ġenerali tal-Gvern Lokali, Emil Vassallo, u l-President tar-Reġjun Tramuntana, Clifford Galea.
Iż-żieda fl-allowances lis-sindki, viċi sindki u l-kunsillieri se tingħata biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż marbutin mal-qadi ta’ dmirijiethom, filwaqt li dawn xorta waħda se jitħallsu l-onorarja, skont id-daqs tal-kunsill.