L-allowance għal tfal b’diżabilità se tiżdied b’€5 fil-ġimgħa.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana fejn fid-diskors tal-Budget 2022 spjega kif minn din il-miżura biss se jgawdu 1,700 familja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’kollox din il-miżura se tkun qed tiswa nofs miljun ewro fis-sena.
Mis-sena 2013 ’l hawn u biż-żieda imħabbra għas-sena d-dieħla, dawn il-familji se jieħdu żieda ta’ €13 fi-ġimgħa.
F’dan il-Budget, il-Ministru għall-Finanzi ħabbar ukoll żieda fl-għotja għal carer jew ġenituri ta’ persuni b’diżabilità severa.
Din se tiżdied bi €300 oħra.
B’din il-miżura se jkunu mgħejjuna mill-Gvern madwar 450 ġenitur.