L-allokazzjoni tal-Kunsilli Lokali għas-sena elfejn u tmintax se tkun ta’ €46,200,000. Fil-baġit il-Gvern żied miljun u nofs ewro meta mqabbel mal-baġit tal-elfejn u sbatax. Is-Segretarju Parlamentari għall-kunsill lokali Silvio Parnis qal li kull kunsill lokali ser jiżdied l-istess. Parnis tkellem ukoll dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali għall-elfejn u sittax. Ħames kunsilli ħarġu mid-defiċit. Filwaqt li 17-il kunsill lokali b’hafna minnhom kunsilli lokali Għawdxin , għandhom defiċit.