Fil-Baġit għas-sena d-dieħla tħabbar kif il-Gvern se jkun qiegħed iżid l-allokazzjoni għall-għotja ta’ €1,000 għal għaxar snin lill-first-time buyers.
L-allokazzjoni sħiħa se tkun qed tiżdied minn €3 miljun din is-sena għal €5.2 miljun is-sena d-dieħla.
S’issa, fl-ewwel sena tagħha diġà bbenefikaw 2,600 persuna li xtraw l-ewwel proprjetà tagħhom matul l-2022.
Sadanittant, għal sena oħra, se jiġu estiżi l-iskemi tat-tnaqqis fit-taxxa tal-Boll għall-first u s-second time buyers.