Minn Marzu li ġej, it-tariffi regolarizzati tal-ferroviji fl-Ingilterra mistennija jogħlew b’4.9 fil-mija. Ħabbar dan id-Dipartiment tat-Trasport tal-pajjjiż fejn intqal kif iż-żieda mistennija tinżamm taħt l-għoli tal-ħajja u se jittieħed aktar żmien minn Jannar meta s-soltu jkun mistenni li tidħol fis-seħħ.
Fil-passat, in-nollijiet żdiedu abbażi tal-kejl tal-inflazzjoni tal-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut ta’ Lulju, flimkien ma’ 1 % addizzjonali. Iżda d-Dipartiment għat-Trasport iddeċieda li jillimita ż-żidiet fil-prezzijiet tan-nollijiet għat-tieni sena konsekuttiva taħt ir-rata tal-RPI ta’ Lulju li kienet ta’ 9%.
Iż-żieda titħabbar wara li l-passiġġieri ffaċċjaw tfixkil fis-servizzi minħabba strajks mill-ħaddiema tal-ferroviji matul dawn l-aħħar 18-il xahar.
Madwar 45% tan-nollijiet huma regolati, li jfisser li huma influwenzati direttament mill-Gvern.