Statistika uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qed turi kif iż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt u l-gass f’diversi pajjiżi Ewropej, wassal biex seħħet inflazzjoni fil-pajjiżi taż-Żona Ewro.
Għal dan, bosta ekonomisiti u banek ċentrali qalu kif iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija hija temporanja u mistennija tonqos is-sena d-dieħla.
Madanakollu se tħalli bosta gvernijiet jikkumbattu sabiex itaffu minn kontijiet għoljin.
Il-Eurostat qalet kif din l-inflazzjoni telgħet għal tlieta punt erbgħa fil-mija minn tlieta fil-mija f’Awwissu li għadda, l-ogħla li qatt kien hawn mill-elfejn u tmienja.
Iż-żieda fil-prezzijiet fl-enerġija qed tqajjem tħassib enormi madwar l-Ewropa.