Liquigas Malta ngħatat l-approvazzjoni tar-regolatur biex iżżid il-prezz tal-gass biċ-ċilindru ta’ 12-il kilo jiżdied minn €14.50 għal €15.50.
Iż-żieda seħħet fid-dawl ta’ żieda fil-prezz internazzjonali tal-LPG.
Il-prezz ta’ €14.50 kien l-irħas wieħed fl-aħħar ħames snin.
Prezzijiet ta’ ċilindri oħra jinħadmu pro rata fuq dan il-prezz.