B’seħħ mill-10 ta’ Jannar, ir-rata tal-Kuntistabbli ta’ Riżerva ġiet riveduta minn €8 għall-€9.47 b’żieda ta’ €1.47 aktar fis-siegħa.
Fi stqarrija il-‘Malta Police Association; qalet li l-Kuntistabbli ta’ riserva ma kienux qegħdin ikunu kunsidrati mill-ftehim settorjali, minħabba li dawn jinsabu taħt kuntratt, infatti baqaw jitħallsu bir-rata ta’ qabel ma ġie iffirmat il-ftehim settorjali iġifieri bl-iskala 12 iżda kalkulata fuq 46 il-siegħa fil-ġimgħa.
Żiedet li d’dan il-ftehim ġdid issa ser jibdew jitħallsu xorta bl-iskala 12 iżda ser tibda tiġi kkalkulata fuq ġimgħa ta’ 40 siegħa, biex b’hekk llum qegħdin jiġu stmati bħal-membri l-oħra fil-korp tal-Pulizija.
Il-President tal-Malta Police Association Alexander Schembri saħaq l-importanza ta’ dan il-ftehim, u wera s-sodisfazzjoni tiegħu li din l-inġustizzja ġiet riżolta. Schembri kompla billi rringrazzja lil-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kif wkoll lill-Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija Anġelo Gafa tas-sosten tagħhom sabiex dan il-ftehim jseħħ b’mod daqsekk malajr.
Schembri kompla billi saħaq li dan kien l-ewwel impenn tiegħu u tal-kumtiat il-ġdid u issa li dan hu solvut, jmiss issa li tiġi aġġustata wkoll ir-rata tal-Exrtra Duty on Payment, li fil-preżent u wara l-iffirmar tal-ftehim kollettiv, sar hemm diskrepanza meta mqabbla mar-rata tas-sahra.
F’isem l-Malta Police Association saħaq wkoll kemm hu mportanti li kull uffiċjal tal-Pulizija jissieħeb mal-Unions li jirrapreżentawhom għaliex b’hekk biss bħala union tkun tista tibqa’ titkellem u tinnegozja għall-kundizzjonijiet aħjar.
Intant, is-Segretarju tat-Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi fi ħdan il-GWU, Theo Vella, qal li fl-aħħar rebaħ is-sens kommun, u minkejja li hu minnu li l-Kuntistabbli ta’ Riserva huma mpjegati permezz ta’ kuntratt, xorta waħda l-prinċipju t’40 siegħa fil-ġmgħa għandu japplika għal kulħadd, inkluż kif tinħadem ir-rata ta’ dawn il-ħaddiema.
Is-Surġent Vella qal li meta jkun hemm rieda tajba mill-partijiet kollha, jinstabu s-soluzzjonijiet u hekk ġara f’din il-kwistjoni. Qal kif il-ftehim settorjali ffirmat f’Ottubru ġab sfidi ġodda, inkluż din il-kwistjoni flimkien ma’ oħrajn li għad irridu jingħelbu bħal kwistjoni tal-extra duty sabiex tiġi ekwivalenti għar-rata tas-sahra.
Min-naħa tiegħu s-Segretaru tat-Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi fi ħdan il-GWU, Theo Vella, rringrazzja l-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija, lill-Gvern ċentrali, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali l-Onorevoli Michael Farrugia.