Iż-żieda fil-Paga Minima Nazzjonali hija wegħda elettorali oħra mwettqa tal-Partit Laburista.
Din il-wegħda elettorali saret wara li f’Marzu ta’ din is-sena nħatret il-Low Wage Commission, li ġabet flimkien l-imsieħba soċjali flimkien ma’ rappreżentanti tal-Gvern biex tipproponi kif kellha ssir din iż-żieda – bl-għajnuna tal-ekonomista ta’ esperjenza Gordon Cordina.
Din il-Kummissjoni kellha ċans sal-aħħar ta’ din is-sena biex toħroġ bil-proposta għal din iż-żieda fil-Paga Minima Nazzjonali, iżda l-qbil bejn il-Gvern u l-partijiet kollha sar qabel.
Minflok iżda, ix-xogħol fuq din it-tieni żieda fil-Paga Minima Nazzjonali taħt Gvern Laburista tlesta minn tal-inqas xahrejn qabel.
Qal, “U naħseb l-iktar ħaġa li timpressjonani bħala pajjiż, b’serjetà, integrità u rġulija, inġibu l-imsieħba soċjali kollha, kemm min-naħa tal-ħaddiema u min iħaddem, li f’qasir żmien sitt xhur tista’ tgħid minndu bdejna rnexxielna nsibu ftehim li jagħmel sens li huwa t-triq tar-raġonevezza.”
Waqt l-aġġornament lill-midja, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul tenna li dan huwa ftehim bejn kulħadd jiġifieri minn min iħaddem u l-ħaddiema.