F’Settembru li għadda żdied in-numru ta’ kuntratti ta’ xiri ta’ proprjetà bi tlieta u erbgħin.
Dan meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra.
Statistika tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika wriet li x-xahar li għadda ġew iffirmati elf u sbatax-il kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà.
Il-valur tal-proprjetà inkwistjoni taqbeż il-kwart ta’ biljun ewro.
Dan kien terz iktar mis-sena l-oħra.
In-numru ta’ konvenji laħqu qrib l-elf u kien hemm tnaqqis ta’ sitta u sittin fuq l-istess xahar tas-sena l-oħra.
Fit-tielet kwart ta’ din is-sena, l-aktar postijiet li raw xiri ta’ proprjetà kienu żewġ postijiet f’Għawdex, f’San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa.