Fost l-ewwel miżuri tal-baġit għas-sena d-dieħla, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar żieda fil-kumpens tal-għoli tal-ħajja, li se tinħadem skont formula maqbula bejn l-imsieħba soċjali kollha fi ħdan l-MCESD.
Għas-sena d-dieħla, iż-żieda se tkun ta’ €2.33 fil-ġimgħa. Din iż-żieda se tingħata lill-impjegati kollha, kif ukoll lill-pensjonanti u lil dawk fuq il-benefiċċji soċjali.
Lill-istudenti se jkun qed jingħatalhom il-kumpens pro-rata, biex b’hekk jerġgħu jogħlew l-istipendi.