Fi stqarrija, Malta Public Transport qalet li mill-Ħadd 5 ta’ Lulju li ġej se tibda topera l-iskeda tas-sajf.
Din l-iskeda se tinkludi fiha 436 vjaġġ ġdid mifrux fuq ir-rotot kollha matul il-ġimgħa. Barra minn hekk, se jkun hemm żieda fin-numru ta’ passiġġiera li jistgħu jirkbu l-karozzi tal-linja wara żieda fid-domanda.
Fl-istqarija, Malta Public Transport qalet li numru ta’ rotot se jiġu esstiżi biex ikopru bajjiet popolari f’pajjiżna. Fost dawn ir-rotot hemm:
- Rotta 49 għall-Għadira se tibda tieqaf l-Armier;
- Rotta 74 għaż-Żurrieq se tibda tieqaf ħdejn Blue Grotto;
- Rotta 101 għaċ-Ċirkewwa se tibda tieqaf il-Ġnejna;
- Rotta 109 għall-Baħrija se tibda tieqaf Lapsi.
Intant, f’Għawdex il-frekwenza ta’ Rotta 301 mir-Rabat Għawdex għall-Imġarr se tiżdied biex taqbel mal-ħinijiet tal-vapur.
Wieħed jista’ jsib l-iskeda fuq sit online fuq www.publictransport.com.mt.