12,500 persuna li ħallsu il-kontribuzzjonijiet u m’għandhomx pensjoni se jkunu qed jibbenefikaw minn żieda fil-bonus.
Il-Ministru Edward Scicluna spjega kif mill-1 ta’ Jannar li ġej se nkunu qed inżidu dan il-bonus b’€50 u li ħallsu aktar minn sena kontribuzzjoni inżda anqas minn 5 snin, se tiżdied għall-€200, filwaqt li l-bonus ta’ dawk li ħallsu aktar minn 5 snin kontribuzzjonijiet se jiżdiet għal €300 fis-sena.
Spjega kif fil-baġit għall-2014, il-Gvern kien daħħal għall-ewwel darba bonus li beda jitħallas kull sena lil numru ta’ persuni, l-aktar nisa li ma ħallsux biżżejjed bolol biex jikkwalifikaw għal pensjoni minima.