F’Jannar, pajjiżna esperjenza żieda fid-dħul u l-konvenji fil-qasam tal-proprjetà. Ħabbret dan l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, l-MDA.
Fi stqarrija, l-assoċjazzjoni qalet li l-konvenji tul Jannar żdiedu b’7%, minn elf, mitejn, sebgħa u erbgħin għal elf erba’ mija u sittin.
Intqal li d-dħul kien wieħed fenominali, hekk kif ix-xahar li għadda, telgħa għal aktar minn erba’ mija u għoxrin miljun ewro. B’dan ifisser żieda ta’ kważi mitt miljun ewro, hekk kif f’Jannar tas-sena l-oħra, il-qligħ kien jgħodd għal kważi tliet mija u tletin miljun ewro.
L-MDA spjegat dawn ir-riżultati huwa xhieda tas-saħħa tal-industrija, u l-fiduċja kontinwa tal-Maltin u l-Għawdxin f’din l-industrija. Ġie spjegat li kien hemm diversi fatturi li waslu għal dawn ir-riżultati pożittivi, fosthom l-implimentazzjoni ta’ numru ta’ inizjattivi mill-Gvern.