Is-sinifikat tal-istatistiċi mis-settur turistiku, li urew kemm mar tajjeb pajjiżna, huwa ikbar meta mqabbel mar-riżultat li nkisbu f’pajjiżi oħra madwar id-dinja u saħansitra fir-reġjun tagħna.
It-tixbih tagħmlu l-organizazzjoni dinjija għat-turiżmu fi ħdan in-nazzjonijiet magħquda, il-UNWTO, u hawn ir-riżultati ta’ Malta jidhru aħjar u iktar sinifikanti.
Għalkemm fl-aħħar jiem ħarġu r-riżultati ta’ Awwissu għal pajjiżna, l-UNWTO aġġornat it-tagħrif tagħha għall-ewwel nofs tas-sena, sa Ġunju.
F’dan il-perjodu ż-żieda li rat Malta fuq is-sena ta’ qabel kienet ta’ 9.7%. Dan meta ż-żieda fil-Mediterran kienet biss ta’ 1.6%,fl-Unjoni Ewropea 4.9% u madwar id-dinja 4%.
Jekk wieħed janalizza biss Ġunju jsib li f’dak ix-xahar it-turiżmu fil-Mediterran naqas b’1.3%.
Iżda, f’pajjiżna kien hemm żieda ta’ 5.8%. Ikbar ukoll miż-żieda fl-Unjoni Ewropea ta’ 3.5%.
Il-barometru tat-turiżmu madwar id-dinja juri li fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien hemm 561 turist internazzjonali, li hu 21 miljun iktar mill-istess perjodu fis-sena 2015.