Sa Mejju in-numru ta’ nies jaħdmu full-time tela’ għal 178,709. Dan ifisser li mill-bidu ta’ din l-amministrazzjoni kien hemm żieda ta’ 23,297 impjieg full-time il-maġġoranza assoluta tagħhom fis-settur privat. Dan ifisser li fl-ewwel tlett snin ta’ din l-amministrazzjoni kuljum żdiedu għoxrin impjieg full-time.
Fil-fatt, mill-bidu tal-amministrazzjoni kien hemm żieda ta’ 20,507 persuna full-time mas-settur privat. Li jfisser li disgħa minn kull għaxar impjieg ġdid inħolqu fis-settur privat.
L-impjiegi fis-settur pubbliku illum huma 25% tal-impjiegi kollha full-time, meta fi tmiem l-amministrazzjoni preċedenti dawn kienu 27%. Fost l-aktar li gawdew mit-titjib fis-suq tax-xogħol kien hemm l-Għawdxin fejn kien hemm żieda ta’ aktar minn 1,300 impjieg full-time.
Din hija statistika tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.