Aktar aħbarijiet pożittivi fuq is-settur tax-xogħol waqt pandemija hekk kif statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika wriet li f’Settembru li għadda, ir-rata ta’ persuni jaħdmu full-time żdiedet bi 3.8%.
Dan meta mqabbel ma’ Settembru ta’ sena qabel.
L-NSO qal li f’Settemru li għadda, in-numru ta’ mpjegati jaħdmu fuq bażi full-time tela’ b’sebat elef seba’ mija ħamsa u tmenin.
Dawk jaħdmu għal rashom fuq bażi full-time żdiedu wkoll b’elf mija tnejn u ħamsin, meta Settembru li għadda jitqabbel mal-istess xahar ta’ sena qabel.
Kważi sebat elef u ħames mitt ħaddiem iżjed fid-disa’ xahar ta’ sena ilu marru jaħdmu fis-settur privat.
L-akbar żieda notevoli fis-settur tax-xogħol kienet fost in-nisa hekk kif dawk in-nisa jaħdmu full-time żdiedu b’4.7% filwaqt li l-irġiel żdiedu bi 3.3%.