Iċ-ċiniż Zhao Xintong rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker meta fil-finali fi Crucible it-Tnejn għeleb lill-veteran Mark Williams 18–12.
Xintong, li għandu 28 sena, sar l-ewwel plejer ċiniż u asjatiku li qatt rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja.
Zhao kien 11–6 minn fuq fl-ewwel ġurnata u żied il-vantaġġ għal 17–8 malli kompla l-logħob.
Williams wettaq reazzjoni bir-rebħ ta’ erba’ frames konsekuttivi biex l-iskor sar 17–12.
Biss Zhao issiġilla r-rebħa bi break ta’ 87 biex rebaħ it-titlu mondjali.
Il-plejer ċiniż sar ukoll l-ewwal plejer amateur li qatt rebaħ dan il-kampjonat hekk kif hu rnexxielu jgħaddi ghall-kompetizzjoni wara li ħa sehem f’erba’ rounds ta’ kwalifikazzjoni.