Għal tnejn li jiġġieldu l-ħin kollu ngħidu dawk qishom kelb u qattus. Iżda, ir-ritratt li tela’ fuq facebook dalgħodu u ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna żgur iġib fix-xejn din il-frażi li tant nużaw.
Kelba tidher tħalli żewġ qtates żgħar jixorbu l-ħalib biex hekk ħadu dak li kellhom bżonn biex jibqgħu jgħixu. Vera każ tal-ġmiel tan-natura.
Ritratt: facebook