Jekk inti se żżur il-knejjes u jista’ jkun ukoll xi wirjiet f’dawn il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa speċjalment matul il-ġimgħa d-dieħla, hija komuni r-riħa speċjali li se xxomm ta’ dik li hija magħrufa bħala l-borma.
Il-borma hija literralment borma ġenerlament tkun taċ-ċaqquf u li tkun imħawwra b’diversi ħwawar li meta jitħaltu flimkien joħolqu riħa partikolari.
L-ingredjenti huma dawn:
-imsiemer tal-qronfol, larinġ, balzmu, essenza tal-fwieħa, tuffieħ, lumi, inbid qadim u ħwawar partikolari li hemm minnhom li jkunu wkoll aromatiċi. L-imsiemer tal-qronfol jitwaħħal mat-tuffieħ maqsum min-nofs.
L-ingredjenti jvarjaw saħansitra minn raħal għall-ieħor u ssib nies li jgħidulek li għandhom riċetta tagħhom sigrieta.