F’laqgħa li kellha mal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-kantanta Ira Losco rringrazzjat lil dawk kollha li tawha l-appoġġ u meta mitluba tikkummenta jekk terġax tipparteċipa fil-Eurovision qalet li għadu kmieni wisq iżda ma eskludietx li tista’ terġa’ tipparteċipa. Fuq nota umoristika hija rrimarkat li żgur ma jieħux gost il-boyfriend jekk terġa’ tipparteċipa.
Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru feraħ lill-kantanta Ira Losco u lit-tim kollu li ħadem bis-sħiħ għal dan l-avvenmiment. Fi kliemu dan iservi ta’ vetrina għall-pajjiżna filwaqt li faħħar il-messaġġ b’saħħtu li ħareġ favur l-ugwaljanza. Huwa jħares ’il quddiem għall-edizzjoni tas-sena d-dieħla.
https://youtu.be/AcFX7LRGeqM