Żagħżugħ ta’ 16-il sena u joqgħod Santa Venera, għal xi t-tmienja ta’ filgħodu, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Kordin, Raħal Ġdid.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ż-żagħżugħ intlaqat minn Citroen C3, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 60 sena residenti Bormla.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.