Kurt Vella, żagħżugħ Malti li huwa parti mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ f’Malta kellu l-opportunita’ li jkun parti mill-kontinġent Malti li mar lejn Brussel għall-Kunsill tal-Ministri Ewopej. Huwa kien qed jakkumpanja fost oħrajn lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius.
ONE News kellu ċ-ċans jagħmel kuntatt ma’ Vella biex jitkellem miegħu fid-dettal dwar din l-opporuntina’ unika li diveri żgħażagħ li tinteressahom il-politika Ewropea żgur mhux forsi jixtiequ li jkollhom.
“Din il-laqgħa kienet kienet waħda interessanti għalina speċjalment fid-dawl li Malta ser ikollna l-Presidenza Ewropea. Rajna kemm huwa importanti l-involvinent taż-żgħażagħ biex jgħinu lill-policy makers jistabbilixxu l-parameteri tal-liġi.”
Huwa stqarr li għalkemm fi ftit tal-jiem oħra ser ikun qed jersaq għal xi eżamijiet tal-liġi xorta ħass li kellu jaqta’ daqsxejn mill-istudju sabiex ikompli jesplora u jiddiskuti l-isfidi li qed jaffaċjaw iż-żgħażagħ mal-ogħla persuni f’dan il-qasam politiku filwaqt li rringrazzja l-Gvern tax-xogħol siewi li qed jagħmel.
“Bħala persuna nvolut f’dan il–qasam jien nirringrazzja lil dan il-Gvern talli dejjem jinvolvi lilna iż-żghażagħ u jisma’ dak kollu li għandna xi nghidu – b’dan il–mod dan is–settur kapaċi jgħaqqad il-poplu u b’hekk nkunu qegħdin nżommuh b’ saħħtu. Dan juri kemm l-Gvern mhux biss qiegħed jinvesti fina iż-żgħażagħ izda qed jemmen fina u fil-potenzjal tal–kontribut tagħna lil dan il–pajjiż u l-komunita’ Ewropea”