Żagħżugħ ta’ 22 sena tilef ħajtu t-Tnejn filgħaxija wara li tah attakk tal-qalb waqt li kien qed jilgħab logħba futbol ma’ sħabu.
Justin Tabone kien qiegħed fil-grawnd tal-futbol fil-Kulleġġ San Alwiġi, meta waqa’ mal-art, u sħabu mill-ewwel ċemplu ambulanza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iż-żagħżugħ ingħata l-ewwel għajnuna minn tabib u persuna oħra li kienu qed jilgħabu fl-istess ground, sakemm waslet ambulanza ftit tal-ħin wara.
Wara din l-aħbar traġika tkellmu ħbieb ta’ Justin, li ddiskrevewh bħala persuna pożittiv u b’qalb tad-deheb.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/10/12101527/pic-768x1024.jpg)